L-Assemblea Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Ombudsmen tal-Mediterran (AOM) laqgħat il-proposta tal-Ombudsman Parlamentari Malti l-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino, biex jitwaqqaf f’Malta l-Istitut Internazzjonali tal-Liġi tal-Ombudsman. L-Assemblea Ġenerali tal-AOM kienet qed tiltaqa f’Tirana fl-Albania. Fid-dikjarazzjoni li biha din il-proposta ntlaqat l-AOM iddikkjarat li
dan il-proġett li se jkun ta’ benefiċċju għall-prinċipji tal-Ombudsman u biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi.
Fid-dikjarazzjoni l-AOM inkorraġiet il-membri tagħha biex jikkollaboraw mal-Ombudsman Malti fir-realiżazzjoni ta’ dan il-proġett.
Fl-intervent tiegħu, l-Ombudsman Parlamentari Malti, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino qal li “l-oġġettiv ta’ dan l-Istitut hu li jikkontribwixxi lejn żvilupp ta’ servizz pubbliku b’kultura ikkaraterizzata mill-ġustizzja, dedikazzjoni, impenn, onestà, trasparenza u kontabilità. Huwa rikonoxxut, li dawn il-valuri li kull Ombudsman hu marbut li jimplimenta, jinsabu fil-qalba ta’ dan id-dritt fundamentali u essenzjali”.
L-Assemblea ikkonfermat lill-Ombudsman Parlamentari Malti bħala Teżorier tal-Assoċjazzjoni u laqgħet ukoll il-proposta tiegħu li l-Assemblea Ġenerali tal-AOM tas-sena d-dieħla issir f’Malta.
//= $special ?>