Matul il-ġurnata l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien milqut minn qtugħ fil-provista ta’ l-elettriku. Qtugħ li wassal sabiex partijiet estensivi mill-ajruport spiċċaw fid-dlam bil-konsegwenza li l-operat normali tal-ajruport kien affetwat b’mod sever.
Fost xeni ta’ kaos kbir, il-loaders tal-bagalji ma’ kienux qegħdin jaħdmu sabiex b’hekk kienu bosta dawk il-vjaġġaturi li spiċċaw maqbuda fl-ajruport jistennew. Il-problema tan-nuqqas ta’ provista ta’ l-elettriku bdiet dalgħodu u rritornat lura għan-normal għal ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar.
Jidher li fost problemi oħra, saħansitra numri ta’ passiġieri li kienu waslu Malta spiċċaw jistennew fix-xemx tiżreġ fuq barra sakemm setgħa jinfetaħ il-bieb biex jidħlu ġewwa t-terminal.
//= $special ?>