Knisja Lokali

Seba’ saċerdoti ġodda nhar it-Tlieta li ġej

Nhar it-Tlieta li ġej l-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona ser ikun qed jordna seba’ saċerdoti ġodda waqt quddiesa li ser tkun ċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Is-seba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma Rev. Christian A Borg, Rev. David Cortis, Rev. Clinton Farrugia u Rev. Joseph Formosa, kollha reliġjużi u Rev. Luke Cutajar mir-Rabat, Rev. Brian Gialanze’ minn Birżebbuġa u Rev. Paul Mizzi minn San Ġiljan kollha djoċesani.

Il-Kurja fi stqarrija saħqet li kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni li ser issir fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija.