Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Filmat: Simon Busuttil jiddeskrivi n-nomina ta’ Juncker bħala aħbar tajba għal Malta

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil laqa’ b’apprezzament in-nomina ta’ Jean-Claude Juncker għal kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea.

Filwaqt li qal li għad fadal il-vot tal-Parlament Ewropew biex in-nomina tkun ikkonfermata, Simon Busuttil fakkar li President bħal Jean-Claude Juncker ikun jista’ jifhem aħjar il-bżonnijiet ta’ pajjiżna minħabba li hu wkoll ġej minn stat relattivament żgħir, il-Lussemburgu.

Aktar fil-filmat.