Iktar minn mitt persuna huma maħsuba li jinsabu maqbuda meta ċeda bini fin-nofsinhar tal-Indja. Mill-inqas disa’ persuni mietu u ħafna oħra ndarbu meta bini ta’ 12-il sular li kien għadu f’fażi ta’ kostruzzjoni ċeda fil-belt ta’ Chennai wara maltempata.
Sigħat qabel bini ta’ erba’ sulari li ċeda fil-belt kapitali Delhi ħalla 10 persuni mejta fosthom ħamest itfal.
Uhud qed isostnu li ħafna mill-bini qed iċedi minħabba nuqqas ta’ sigurta u materjal ta’ standard baxx.
//= $special ?>
