Qabel l-elezzjoni Muscat wiegħed li mhux se jipprivatizza l-Enemalta. Fil-Gvern jagħmel l-oppost.
Dan ħareg minn recording ippubblikat fl-aħħar siegħat mis-sit Timesofmalta.com, li fih Muscat jinstema’ iwiegħed lil ħaddiema tal-Enemalta li l-kumpanija li tħaddimhom mhux se tiġi privatizzata.
Il-laqgħa kienet saret ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, wara bibien magħluqa, fl-eks Teatru Rialto, f’Bormla. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Tony Zarb.
Dakinhar Muscat wiegħed lil dawk preżenti li l-pjan tiegħu hu li jixtri s-servizzi mingħand il-privat imma mhux li jbiegħ il-kumpanija lil privat. U kif smajna, għal dan il-kliem, il-ħaddiema preżenti emmnuh nfexxew f’applaws.
Il-laqgħa kienet saret wara li l-Partit Nazzjonalista kien wissa lil ħaddiema tal-Enemalta li Gvern Laburista se jkun qed jipprivatizza din il-kumpanija tal-istat.
L-istess persuna li għaddiet dan ir-recording lit-Timesofmalta spjegaw li għalkemm kienu jafu bil-pjani ta’ Muscat li jibni powerstation tal-gass, ma kinux jafu bil-ħsieb li jbiegħ ishma mill-kumpanija jew li se jbiegħ l-impjant tal-BWSC lill-gvern Ciniz.
Lanqas ma kienu jafu bil-ħsieb li jgħaddi il-powerstation tad-Delimara lil kumpanija China Power Investment Corporation għal prezz ta’ 150 miljun ewro, biex b’hekk l-Enemalta tkun qed tiddependi kompletament mill-privat.
U dan kuntrarju għal dak kollu li wiegħed Muscat qabel l-elezzjoni ġenerali.
//= $special ?>