Wara li kkritika fil-miftuħ lill-Gvern għall-mod kif daħħal il-liġi tal-Unjoni Ċivili li daħħlet il-possibilta’ lill-koppji tal-istess sess jistgħu jaddottaw it-tfal, Ivan Gech Mintoff tneħħa minn Chairman tal-Bord tal-Adottazzjonijiet tat-Tfal.
Jirriżulta li l-Bord tal-Adottazzjonijiet ma kienx konsultat dwar il-liġi tal-Unjoni Civili, anzi membri tal-bord ingħataw struzzjonijiet biex ma jitkellmux mal-media.
Ivan Grech Mntoff jikkritika l-mod kif il-Gvern daħħal il-liġi tal-unjoni ċivili li permezz tagħha l-koppji gay issa jistgħu jaddottaw it-tfal.
Minn wara li Ivan Grech Mintoff ikkritika lill-Gvern, fil-konfront tiegħu inbidlet il-pożizzjoni.
F’kumment lil ‘The Sunday Times’, Grech Mintoff ikkritika r-rapport li fuqu kienet ibbażata id-deċizjoni fil-Parlament. Hu qal li l-Gvern mexa fuq rapport ta’ esperta waħda biss li bbażat ir-rakkomandazzjonijiet tagħha fuq esperjenzi ta’ koppji nisa biss.
It-tneħħija ta’ Ivan Grech Mintoff titniżżel fil-lista ta’ persuni oħra li fl-aħħar sena tneħħew minn posthom għaliex għażlu li jespirmu l-opinjoni tagħhom dwar dak li jemmnu fih u li mhux bilfors jirifletti l-istess opinjoni tal-gvern Laburista.
//= $special ?>