OLANDA …………….. 2
MESSIKU ……………. 1
L-Olanda għaddew ma’ l-aħħar tmienja tat-Tazza tad-Dinja meta bl-iktar mod drammatiku dawwru telfa f’rebħa kontra l-Messiku biex ikkwalifikaw. Il-Messikani dehru resqin lejn kwalifikazzjoni meta sat-88 minuta kienu minn fuq grazzi għal gowl ta’ Dos Santos kif bdiet it-tieni taqsima.
Iżda fit-88 minuta Sneijder irnexxielu jispara fix-xibka minn tarf il-kaxxa u fil-ħin miżjud penalty diskutibbli mirbuħ minn Robben, kien skorjat mis-sostitut Klaas-Jan Huntelaar biex l-Olanda għaddiet ma’ l-aħħar tmienja.
Kienet daqqa mortali għall-Messikani f’logħba li ntlagħbet fi sħana tremenda b’temperatura ta’ 38 grad celcius bir-referee Portugiż Proenca jagħmel waqfa f’kull taqsima biex il-plejers ikunu jistgħu jieqfu jixorbu.
Van Persie kien qed jirritorna minn logħba sospensjoni wara li tilef il-logħba kontra ċ-Ċili.
Il-kowċ Van Gaal kellu jagħmel bidla sfurzata wara biss disa’ minuti logħob meta weġġa’ l-plejer ta’ Milan Nigel De Jong u minflok daħal il-plejer Bruno Martins Indy li wkoll kien qed jirritorna wara injury.
Il-Messiku kellhom lura lil Carlos Salcido li ħa post Jose Juan Vazquez li kien sospiż, u kellhom l-ewwel tentattiv fis-17-il minuta meta xutt ta’ Hector Herrera wara pass ta’ peralta mar ftit barra. Ftit wara l-Messiku appellaw għal penalty meta l-Olandiz Ron Vlaar għolla siequ wisq fil-konfront ta’ Hector Herrera.
Fl-24 minuta Salcido kellu xutt tajjeb salvat mill-goalkeeper Olandiż Cilessen, bl-ewwel azzjoni Olandiża permezz ta’ xutt bomba ta’ van Persie li mar ftit għoli. Wara l-ewwel waqfa
għax-xorb tal-ilma il-Messikani resqu qrib b’xutt ta’ Dos Santos salvat minn Cillessen. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Robben deher jaqa’ fil-kaxxa iżda r-referee ħalla kollox għaddej.
Tlett minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima il-Messikani fetħu l-iskor meta Dos Santos minkejja li ssikkatt fajjar xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Cilessen isalva. Tmien minuti wara Peralta għal ftit ma skorjax it-tieni gowl hekk kif l-Olandiżi dehru maħsuda.
L-Olanda resqu qrib fit-58 minuta meta Ochoa salva daqqa ta’ ras minn taħtu ta’ de Vrij u ftit wara xutt ta’ Sneijder kien imxellef f’korner minn difensur.
Fl-74 minuta Ochoa ħareġ tajjeb biex imblokka xutt angolat ta’ Robben u mill-korner id-daqqa ta’ ras ta’ Vlaar marret ftit għolja. żewġ minuti mit-tmiem l-Olanda kisbu d-draw meta minn korner ta’ Robben, Huntelaar niżżel bir-ras lura lejn Sneijder li spara l-ballun fix-xibka.
U fir-raba’ minuta minn sitta ta’ ħin miżjud Arjen Robben daħal fil-kaxxa fejn wara kuntatt ma’ marquez deher jaqa’ fil-kaxxa bir-referee jordna l-penalty li minnu Huntelaar bi preċiżjoni kbira skorja l-gowl tar-rebħa.
Olanda: Cillessen, Verhaegh (Depay 56′), Vlaar, De Vrij, Blind, Wijnaldum, Sneijder, De Jong (Martins Indi 9′), Kuyt, Robben, Van Persie (Huntelaar 76′).
Messiku: Ochoa, Aguilar, Rodriguez, Marquez, Moreno (Reyes 46′), Layun, Salcido, Guardado, Herrera, Dos Santos (Aquino 61′), Peralta (Hernandez 75′).
Imwissija: Aguilar, Marquez, Guardado.
Skorjaw: Dos Santos 48′ (M), Sneijder 88′ (O), Huntelaar 94′ pen (O)
//= $special ?>

