Lokali

Mein Schiff 3 jopera minn Malta

L-industrija tal-passiġġieri li jivvjaggaw bil-baħar tkompli tagħmel kisbiet. Wara s-suċċess miksub fl-aħħar snin mill-kumpanija TUI Crusies permezz tal-Men Schiff 1 u Mein Schiff 2, issa se jkun il-Mein Schiff 3 li se jpoġġi lil Malta bħala l-home port tiegħu bi vjaġġi li jibdew mill-Port il-Kbir.

F’dan is-settur, din hi kisba importanti li għandha tkompli ssaħħaħ l-isem ta’ Malta u għall-Waterfront f’dan is-settur li fl-aħħar snin kienet mutur ewlieni tal-industrija turistika Maltija.

F’konferenza tal-aħbarijiet abbord il-vapur fil-preżenza tal-Ministru tat-Turizmu Edward Zammit Lewis u l-Kap Ezekutttiv tal-Valletta Crusie Port Stephen Xuereb, ingħataw dettalji dwar l-opportunitajiet u l-faċilitajiet eċċellenti li Malta u l-Waterfront joffru lis-settur tal-cruise liners u kif dawn wasslu biex Mein Schiff ikabbru l-operat tagħhom f’Malta.

Il-Mein Schiff 3 hu twil 294 metru u wiesa’ 36 metru u għandu 1253 kabina, 11-il ristornat u 12 il bar flimkien ma’ pool ta’ 25 metru fuq barra u oħra fuq ġewwa, gallariji, ħwienet ta’ kwalita’ kif ukoll faċilitajiet sportivi. B’kollox, il-vapur għandu faċilita li jakkomoda 2,506 passiġġier.

Il-vapur għandu wkoll diversi partikolaritajiet fosthom faċċata f’forma ta’ djamant ta’ 167 metru kwardu fuq il-parti ta’ wara li toffri esperjenza partikolari għall-passiġġieri.

Il-vapur hu mgħammar ukoll bl-aħħar teknoloġija biex titkkontrolla l-emissjonijiet biex il-vapur ma jkkaġunx danni ambjentali waqt li jkun qed jivvjaġġa.

Il-passiġġieri li se jkollhom l-opportuntita li jibbukkjaw vjaġġ fuq dan il-vapur se jitilqu mill-Port il-Kbir u jsalpaw lejn il-kosta Adrijatika lejn il-kapitali Kroata Dubrovnik jew il-belt medjevali Kotor.

Sodisfazzjon ġenerali għal dan l-iżvilupp fl-industrija lokali tal-cruise liners, bil-kaptan tal-vapur u l-uffiċjali ewlenin tal-port il-kbir jippreżentaw plakki ta’ tifkira; tradizzjoni li l-Mein Schiff iżżomm f’kull port li tmur.