Wara l-Gozo Football Association (GFA) u l-Gozo Sports Board, issa anke l-Malta Football Association (MFA) qed tappoggja lil Elvin Grech (ritratt), minkejja li nstab ħati mill-Qorti u ngħata sentenza sospiża f’każ li kien jinkludi l-użu ta’ dokument falz. Is-sentenza kienet ukoll ikkonfermata fl-Appell. Il-ġimgħa li għaddiet, il-GFA u l-Kunsill tal-Bord għall-Isport f’Għawdex ħadu deċiżjoni b’mod unanimu b’appoġġ għal Grech. Grech hu l-President tal-GFA u anke l-Kap Eżekutiv tal-Bord għall-Isport f’Għawdex.
Sadanittant, issa anke l-Kunsill tal-MFA ħa vot unanimu biex Elvin Grech jibqa’ jokkupa r-rwol li għandu fi ħdanu. Fil-laqgħa tal-Kunsill, li saret fil-Grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali, l-Eżekuttiv tal-MFA ippreżenta r-rakkomandazzjoni biex Grech jibqa’ fil-kariga li għandu fl-MFA, jiġifieri rappreżentant tal-GFA fil-Kunsill u fl-Eżekuttiv tal-MFA. Dan minkejja li nstab ħati mill-Qorti.
Is-swaba’ f’dan il-każ huma ppuntati wkoll lejn il-Ministru Anton Refalo li, minkejja li kien jaf bil-każ, xorta waħda ħatar lil Elvin Grech bħala Kap Eżekuttiv tal-Bord għall-Isport f’Għawdex b’paga ta’ €40,000. Fil-kapaċità tiegħu ta’ Avukat, Anton Refalo kien ta wkoll parir lil Grech ta x’għandu jgħid u ma jgħidx waqt l-interrogazzjoni tal-Pulizija.
//= $special ?>