It-tliet adolexxenti Iżraeljani li kienu sparixxew, jiem ilu, fix-Xatt tal-Punent, instabu mejtin ġo gandott fil-villaġġ Palestinjan ta’ Halhul, fil-limiti tal-belt ta’ Hebron.
L-Iżraeljani, qabel, kienu akkużaw lill-militanti Iżlamiċi tal-moviment Hamas bil-ħtif tal-adolexxenti u b’kelliema għall-istess Hamas jiċħdu għal kwalunkwe responsabbilta.
Iż-żgħażagħ Naftali Frenkel, Gilad Shaar u Eyal Yifrach kienu ntlemħu l-aħħar fiż-żona ta’ Hebron waqt li kienu qed jippruvaw isibu ‘lift’ lura d-dar u wara li huma kienu attendew il-lezzjonijiet ta’ filgħaxija.
Il-familji tal-mejtin kienu infurmati b’din it-traġedja u bid-dettalji tal-każ jingħataw waqt laqgħa urġenti tal-Kabinett Iżraeljan.
Sadanittant, l-Armata Iżraeljana għalqet l-aċċessi għal zoni sħaħ madwar Halhul, meta din iż-żona hi anki qrib tal-inħawi fejn kienu dehru l-adolexxenti għall-aħħar darba.
//= $special ?>

