Internazzjonali

Renju Unit: Rolf Harris ħati

Il-personalità Rolf Harris, li fil-passat kellu rabta minħabba xogħolu ma’ Malta, instab ħati li ħebb sesswalment għal erbat ibniet.

Harris, li għandu 84 sena u hu oriġinarjament mill-Awstralja, instab ħati ta’ 12-il akkuża f’każi li seħħew bejn l-1968 u l-1986.

Il-proċess kien ilu sejjer seba’ ġimgħat.