Kultura Lokali

Tmut l-artista Mariuccia Micallef Grimaud

Mietet l-artista Mariuccia Micallef Grimaud, magħrufa fil-qasam artistiku partikolarment fl-arti tal-arranġamenti tal-fjuri. Hi kienet ukoll tagħti lectures fih. Micallef Grimaud, li kellha 85 sena, kienet membru tas-Soċjetà Ortikulturali Maltija u kienet onorata wkoll minn din l-għaqda għall-kontribut tagħha fl-arti tal-arranġamenti tal-fjuri.

Matul il-karriera tagħha, Mariuccia tellgħet numru ta’ wirjiet tal-arti u tal-arranġamenti tal-fjuri, kemm fuq livell lokali, kif ukoll fuq livell internazzjonali. Fl-1977 kienet onorata mill-Istat bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika għall-kontribut tagħha fil-qasam tal-arti. Tul il-karriera tagħha kienet ippremjata wkoll bi 30 award internazzjonali għax-xogħolijiet tagħha.

Mariuccia kienet miżżewġa lill-Kavallier Aldo Micallef Grimaud, li minbarra li kien accountant, kien ukoll artist magħruf u tenur, li miet fl-2010. Huma kien ilhom miżżewġin mill-1951 u kellhom tlett itfal: Mario Ivan, Nadine u Glorian.