Lokali

Żagħżugħ fil-periklu li jitlef ħajtu wara inċident tat-traffiku fiż-Żebbuġ Għawdex

Żagħżugħ ta’ 18-il sena miż-Żebbuġ Għawdex jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li tard ilbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Fontana. Jirriżulta li għall-ħabta tan-12.30am, iż-żagħżugħ kien qed isuq il-vettura tiegħu, tat-tip Honda Civic fi Triq ix-Xlendi meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma’ ħajt.

Maż-żagħżugħ kien hemm ukoll żagħżugħ ieħor ta’ 16-il sena li sofra feriti ħfief, kif ukoll ta’ 16-il sena li sofriet feriti gravi iżda mhux fil-periklu li titlef ħajjitha. Kien hemm ukoll żagħżugħ ieħor ta’ 17-il sena, li wkoll sofra feriti ħfief. It-tliet passiġġieri huma kollha mix-Xagħra.

Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, li taw l-ewwel għajnuna medika liż-żgħażagħ involuti. Huma ttieħdu l-Isptar għal aktar kura. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa, li ħatret diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.