Internazzjonali

L-Armata Ukrena b’offensiva ġdida kontra r-ribelli

Ftit biss wara li l-President Ukren Petro Poroshenko ħabbar li l-Ukrajna mhux se ġġedded il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied mas-separatisti Russi, għax mhi ssib l-ebda koperazzjoni, dalgħodu l-Armata Ukrena tat bidu għal offensiva ġdida kontra r-ribelli fil-Lvant tal-Ukrajna.

Madankollu, Poroshenko qal li lest jerġa’ jwaqqaf il-ġlied, li kien ilu wieqaf 10 tijiem, ġaladarba l-partijiet konċernati kollha jiddeċiedu li jattwaw il-punti kollha meħtieġa biex jintlaħaq il-pjan għall-paċi.