Fl-aħħar siegħat tħabbru l-kumitati li fihom il-membri parlamentari Ewropej, f’isem il-Partit Nazzjonalista se jissiehbu fihom fil-Parlament Ewropew.
David Casa ġie kkonfermat bħala membru tal-Kumitat għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll membru sostitut tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Roberta Metsola se tkun membru tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat tal-Petizzjonijiet, kif ukoll sostitut fil-Kumitat tas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Dan filwaqt li Therese Comodini Cachia ġiet ikkonfermata bħala membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Legali u sostitut tal-Kumitat tal-Kultura’ u l-Edukazzjoni.
Fi stqarrija, David Casa, li bħala Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew innegozja s-sħubija f’dawn il-Kumitati, esprima s-sodisfazzjon li l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista ġew aċċettati fil-kumitati preferuti tagħhom.
//= $special ?>