Raġel ta’ 28 sena u li ma jaħdimx miż-Żejtun wieġeb mhux ħati li fera gravament lil ħuh waqt ġlieda f’ħanut tax-xorb fiż-Żejtun. Roderick Grech ġie mixli li ħebb għal ħuh fil-Fifu Bar iż-Żejtun.
L-inċident seħħ fil-lejl ta’ bejn is-27 u t- 28 ta’ Ġunju li għadda bir-raġel ikun liċenzjat mill-isptar Mater Dei nhar it-Tnejn li għadda. Mill-provi rriżulta li r-raġel kien diġa’ nvolut f’għadd ta’ inċidenti oħra simili, li allegatament huma kollha relatati ma’ xorb alkoħoliku.
Grech wiegħed li se jkun qed ifittex għajnuna professjonali minħabba d-dipendenza tiegħu fuq l-alkoħol. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Johann Fenech talbet lill-Maġistrat Aaron Bugeja, li quddiemu nstema’ l-każ biex l-akkużat ma jingħatax il-liberta’ proviżorja, anke peress li huwa joqgħod viċin il-Fifu Bar, u li sid il-ħanut tax-xorb u li sid il-ħanut huwa l-unika xhud f’dan il-każ.
Nhar is-Sibt tressaq ukoll Renald Grech, ħu l-akkużat mixli li ħebb għal Roderick. Anke dan ma ngħatax il-liberta’ proviżorja mill-Qorti tal-Maġistrati. Għaldaqstant il-proċeduri kriminali qegħdin isiru kontra ż-żewġt irġiel.
//= $special ?>
