Lokali

Nirien fil-kunvent tas-Sorijiet tal-Karita’: appell għad-donazzjonijiet

Nirien fil-kunvent tas-Sorijiet tal-Karita’ f’Ħal Tarxien wasslu biex għamlu ħerba mill-faċilitajiet li għandhom biex jospitaw seminars fil-bini tagħhom.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għal ħabta tas-7.15pm, fl-għola sular tal-kunvent u kien innutat mill-persuni fil-viċinanzi, li mbagħad infurmaw lis-sorijiet li jgħixu fil-bini. Fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident, iżda l-faċilitajiet li dawn is-sorijiet kellhom f’dan is-sular, kif jidher fir-ritratti, spiċċaw inqerdu bin-nirien.
L-appell tas-sorijiet imur għal pubbliku in ġenerali, biex permezz ta’ donazzjoni żgħira, jgħinu fit-tiġdid tal-faċilitajiet li ntilfu fl-inċident. Kull min jixtieq jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jibgħatha fl-indirizz “Sisters of Charity, 152 Sisters Street, Tarxien” jew inkella permezz ta’ transazzjoni mill-bank: Bank of Valletta, isem tal-kont: Sisters of Charity; IBAN MT07VALL22013000000040017426323 jew inkella HSBC, isem tal-kont: Sisters of Charity; IBAN MT72MMEB44130000000013075510051.
Wieħed jista’ jikkuntatja lil dawn is-sorijiet permezz tal-paġna tagħhom fuq Facebook “Sisters of Charity Malta”.