Futbol Sport

Suarez jiskuża ruħu ma’ Chiellini, it-Taljan jawguralu li titnaqqaslu s-sospensjoni

Jiem wara l-inċident bejnu u plejer Taljan Giorgio Chiellini, l-Urugwajan Luis Suarez skuża ruħu ma’ Chiellini talli gidmu fil-logħba bejn iż-żewġ timijiet fit-tieni fażi tat-Tazza tad-Dinja. Wara li għal diversi jiem baqa’ jiċħad, fi tweet Suarez ammetta billi kiteb li “il-verità hi li l-kollega tiegħi Giorgio Chiellini weġġa’ kawża ta’ gidma meta ħbatna ma’ xulxin”.

Il-gidma ta’ Suarez waslet biex il-FIFA tat lill-plejer Urugwajan sospensjoni ta’ disa’ logħbiet mat-tim nazzjonali u erba’ xhur minn kwalunkwe involviment fil-futbol. L-Assoċjazzjoni Urugwajana tal-Futbol qalet li se tappella minn din id-deċiżjoni.

Sadanittant, wara l-istqarrija ta’ Suarez, Chiellini wieġeb billi qal li “kollox maħfur”. F’indirizz lil Suarez, il-plejer Taljan qal li “nittama li l-FIFA tnaqqaslek is-sospensjoni”.

Suarez Apologija lil Chiellini 300614