SLIEMA W. ……………1
FERENCVAROS ………1
Sliema> G. Zammit, A. Muscat, A. Scozzese, B. Muscat (T. Cilia 68′), S. Bianchardi, M. Potezica, J. Mintoff, Scerri, P. Barbetti, M. Mifsud, S. Ohawuchi
Ferencvaros> Dibusz, Bonig, Busai (Do Rosario 46′) , Nalepa, Bosnjak, Mateos, Kukuruzovic (Holman 82′), Gyomber, Daniel Nagy (Somalia 46′), Lauth, Bode
Imwissija> Busai, Daniel Nagy, Nalepa, Bonig, Holman (F), Mintoff, A. Muscat (S)
Skurjaw> Ohawuchi 39′ (S)< Nalepa 76′ (F)
Referee> Arnold Hunter (Irlanda ta’ Fuq)
Sliema Wanderers ħadu draw 1-1 fl-ewwel leg ta’ kwalifikazzjoni mill-ewwel round tal-Europa League kontra l-Ungeriżi ta’ Ferencvaros imma r-riżultat seta’ kien aħjar għaliex is-Slimiżi fallew penalty u kienu sfortunati li laqtu wkoll il-lasta lejn it-tmiem. Ferencvaros issa se jkunu favoriti li javanzaw bil-gowl li skorjaw f’Ta’ Qali.
Il-logħba ntlagħbet fi sħana tremenda u quddiem attendenza ferm fqira fejn il-partitarji Ungeriżi kienu akbar fin-numru mis-Slimiżi u b’hekk intilef il-vantaġġ li Sliema lagħbu f’Malta. Imma tajjeb wieħed jirrimarka li l-kundizzjoni fiżika tal-plejers ta’ Alfonso Greco kienet waħda eċċellenti.
Michael Mifsud kien l-unika punta mgħasses kontinwament minn Predrag Bosnjak u Mateos waqt li Ohawuchi beda jkun ta’ periklu kontinwu bil-ħarbiet mal-linja xellugija.
Ferencvaros immexxija mill-eks internazzjonali Ġermaniż Tomas Doll ħarġu aggressivi u wara sitt minuti Glenn Zammit salva xutt qawwi ta’ Daniel Bode. Fl-14 il minuta, fl-ewwel attakk denju Slimiż, Busai ikkommetta penalty fuq Scozzeze wara freekick ta’ Barbetti. Inkariga minnu l-captain internazzjonali Malti Michael Mifsud li iżda xeħet barra bil-baxx.
Fit-22 l-Ungeriżi perikolużi meta Zammit ippanċja ħażin, Alex Muscat ukoll xellef ħażin imma Bode waħdu quddiem il-gowlkiper Slimiż xeħet għoli.
Fit-38 minuta reġa’ kien Glenn Zammit li b’riflessi tajbin ħareġ u ċaħħad lil Busai milli jiftaħ l-iskor.
Imma fl-azzjoni ta’ wara Sliema fil-vantaġġ b’azzjoni personali mill-isbaħ ta’ STANLEY OHAWUCHI li b’azzjon personali minn nofs ground qabeż erba’ plejers u b’xutt fil-baxx xeħet fl-angolu tal-lasta.
Sliema dehru ferm aħjar fit-tieni taqsima u Ohawuchi kellu xutt salvat minn poizzjoni angolata u ftit wara kien Mintoff li xxuttja ftit barra.
Risposta Ungeriza fit-52 minuta imma Zammit kien attent u salva fuq Bonig u mas-siegħa logħob Mifsud kellu freekick ċentrali li Dibusz salva.
Fis-70 minuta Sliema ferm viċin li jirdoppja b’ħarba ta’ Mifsud li dar mal-gowlkiper u xeħet fil-lasta imma l-ballun kien imtajjar f’corner minn difensur.
Kwarta mit-tmiem Ferencvaros ġabu d-draw. Freekick minn barra l-kaxxa ta’ Kukuruzovic deher faċli għal Zammit imma l-ballun ħarablu minn idu, ħabat mal-mimduda u NALEPA kien pront kompla fix-xibka minn żewġ passi bogħod.
Sliema wettqu reazzjoni mmedjata u minn corner ta’ Barbetti kien Biancard li bir-ras falla bi ftit biex tminuti mit-tmiem minn frekick mit-tul ta’ Barbetti, Scozzese b’volley mill-isbaħ kien sfortunat li stampa l-wieqfa biex Sliema naqsu milli jieħdu magħhom vantaġġ fil-partita ta’ ritorn.


