Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma tal-Partit Beppe Fenech Adami se jkun il-mistieden ewlieni tal-programm “Iswed fuq l-Abjad” tal-lejla fuq NET Television.
Matul il-programm tal-lejla, l-ewwel wieħed fl-iskeda tas-Sajf, il-Viċi Kap tal-PN se jiddiskuti mal-preżentatur l-Avukat Frank Psaila dwar il-pożizzjoni tal-PN dwar id-dekriminalizzazzjoni tad-droga, il-finanzjament tal-partiti politiċi, l-immigrazzjoni irregolari, il-qagħda finanzjarja tal-Partit u t-triq ‘il quddiem għall-PN wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Fit-tieni parti tal-programm, se ssir intervista mal-Editur tal-gazzetta MaltaToday Saviour Balzan.
Għall-iskeda tas-Sajf, il-programm “Iswed fuq l-Abjad”, minn din il-gimgha, se jibda jixxandar kull nhar ta’ Erbgha u jibda ezatt wara “Replay Tazza tad-Dinja”.
//= $special ?>