Hekk kif fis-sigħat li għaddew sar il-Funeral tat-tliet adoloxxenti Iżraeljani li nstabu mejta f’gandott qrib Hebron, il-Prim Ministru Iżraeljan Netanyahu ħalef li jsib lill-qattiela tagħhom. Hu wissa li l-Hamas se jpattiha qares.
L-għada li dawn it-tliet adoloxxenti Iżraeljani nstabu mejta, nstab katavru ta’ żagħżugħ Palestinjan. Irriżulta li fis-sigħat ta’ qabel iż-żagħżugħ inħataf u nqatel wara s-sejba tal-katavri taż-żgħażagħ Lhud li nħatfu x-xahar li għadda. Kollox jindika li dan iż-żagħżugħ Palestinjan inqatel f’att ta’ tpattija.
Dan mistenni jwassal għal dikjarazzjonijiet ta’ gwerra u tpattija bejn l-Iżrael u l-Moviment Palestinjan tal-Hamas. Hemm tħassib li jista’ jintilef il-kontroll tas-sitwazzjoni bejn iż-żewġ naħat.
//= $special ?>

