Olandiż jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel, li kien qed isuq mutur tat-tip Piaggio Runner, tilef il-kontrol tal-mutur, f’inċident li seħħ għall-ħabta tat-3.15am fi Triq Testaferrata f’Ta’ Xbiex.
Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-Olandiż l-Isptar għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika u fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u nħatru diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta.
//= $special ?>