Sewwieq ta’ karozza weġġa’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tas-7.30am. Fl-inċident, li seħħ fil-by-pass ta’ Birkirkara, trakk tal-ġebel baqa’ dieħel fil-vettura misjuqa mir-raġel.
Il-każ seħħ ħdejn il-banka tal-lottu li hemm f’din it-tri prinċipali. Ir-raġel ittieħed l-Isptar għal aktar kura, għalkemm il-kundizzjoni ta’ saħħtu għadha mhijiex magħrufa.
//= $special ?>