Mara ta’ nazzjonalita’ barranija, u li kienet taħdem bħala seftura f’dar residenzjali ġiet mixlija li tul perjodu ta’ żmien serqet is-somma ta’ €5000 fi flus kontanti mill-istess dar.
Lela Ristic ta’ 46 sena mis-Serbja u residenti Malta wieġbet mhix ħatja quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea tal-akkużi miġjubin kontriha. L-Avukat Gianluca Caruana Curran għamel talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Ristic.
Minn naħa tiegħu l-Ispettur Joseph Mercieca ma oġġezzjonax it-talba għal liberta’ proviżorja iżda talab lill-Qorti biex timponi xi kundizzjonijiet, foshtom li Ristic tiffirma f’għassa tal-pulizija ta’ l-anqas darba f’ġimgħa.
It-talba kienet aċċetta bl-imputata tingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,000. Il-każ ikompli.
Hekk kif l-għadam uman ikun determinat Dr. Cassar għandha teżamina l-istess għadam u tiddikjara jekk jappartjenux lill-istess persuna u jekk dawn huwiex Matthew Zahra.
Xehed ukoll Fredrick Grixti, għan-nom tal-kumpanija Premier u li xogħlu jagħmel il-kuntratti u l-kambjali. Huwa qal li jaf lil Jason Galea għaliex darba mar l-uffiċċju tiegħu.
Qal li kienu għamlu negozju ma’ Ċensu Zahra, li jiġi missier Matthew u kienu biegħulu post f’Ħaż- Żebbuġ. Dan kien garaxx u sar kuntratt bin-nutar. Qal li Ċensu xtara bid-dejn u kien hemm dejn favur il-kumpanija Premier.
Fil-bidu Jason Galea ma kellu x’jaqsam xejn, għax ma xtarax hu. Id-dejn kien ta’ €100,000 u din is-somma kienet bdiet titħallas, qal Grixti.
Qal ukoll li wara kien mar għandu t-tifel ta’ Ċensu Zahra, Matthew u ħa miegħu lil Jason Galea, biex jibda jkun hu li jħallas id-dejn li kien għamel missieru, Ċensu Zahra, dan fuq €30,000 minnhom.
“Jien ma dħaltx fil-kwistjoni dwar għaliex Jason Galea kellu jagħmel tajjeb għal dan id-dejn. Iltqajt miegħu dik id-darba, meta ġie l-uffiċċju. Huwa ffirma l-kambjali. Matthew u Jason kienu qegħdin jitkellmu flimkien dwar x’għandu jsir.
Jason xtaq li Matthew jgħaddi l-flus lilna, ħalli ma jkollux x’jaqsam magħna direttament. Is-€70,000 dejn oħra, kienu qegħdin jitħallsu permezz ta’ pagament apparti, qal Grixti.
Huwa qal li kienu taw skeda lil Galea dwar kif għandu jitħallas dan id-dejn. Id-dejn kien jitħallas f’pagament kull tliet xhur, però imbagħad waqfu. Irriżulta li Galea kien jgħaddi l-pagament lil Matthew Zahra u wara Zahra kien jgħaddihom lill-kumpanija.
“Jason kien dejjem fil-ħin. Ma nafx kemm-il darba Jason kien ta pagamenti, però Matthew qatt ma ilmenta li Jason ma kienx qed jagħtih il-flus,” qal Grixti.
“Imbagħad sirna nafu li Matthew kien nieqes. Ħallejna ftit taż-żmien jgħaddi ċempilna lil missier Matthew u tagħna t-telefon ta’ Jason Galea.
Ċempiltu u qalli “jien ħallast kollox lil Matthew u anke lill-missieru” u għedtlu ok”.
ħImbagħad ċempillu u qallu biex ma jsemmiex lil Matthew għax hu kien mifthiem mal-Pulzija li jekk xi ħadd ikellmu fuq Matthew jgħidilhom.
“Il-post erġajna ħadnieh lura. Ma’ Ċensu Zahra kont iltqajt diversi drabi fl-uffiċċju,” qal Grixti. Dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest, l-Avukat Joe Gilgio, qal li Jason Galea ilu 12-il xahar taħt arrest. Il-kumpilazzjoni qal Giglio imxiet, qal li fil-bidu kien hemm diffikultajiet għall-ħelsien mill-arrest minħabba biża’ ta’ kontaminazzjoni ta’ provi.
Ma hemmx dubju, li mhux se jkun hemm kontaminazzjoni tal-provi man-nies li għad fadlilhom jixhdu. Min-naħa tiegħu l-Avukat Ġenerali qed jgħid li hemm biża’ li jonqos li jidher jew li jaħrab.
L-Avukat Giglio qal li Galea għandu rabtiet ma’ Malta. Min qed jallega li hemm xi biża’ jrid jissostanzjha. Ir-regola hija li jingħata l-ħelsien mill-arrest. Wieħed jista’ jifhem x’ġara sa issa, li turi li m’hemm l-ebda biża’ li Galea jaħrab minn Malta. Dan huwa persuna li għandu x-xogħol hawn Malta, qal Giglio.
L-avukat Franco Debono li qed jidher għal Ronald Urry qal li l-liġi tgħid li wara li jgħaddi ċertu żmien, il-Qorti bil-fors trid tagħti l-ħelsien mill-arrest. Qal li Urry ilu arrestat 12-il xahar, u għalhekk diġà inqabeż it-terminu mandatorju.
Qal li t-termini mandatorji, il-leġiżlatur għamilhom bil-fors f’każijiet estremi. Qal li għalhekk il-Qorti ma għandhiex tasal f’dak l-istat li tagħti l-ħelsien mill-arrest għax bil-fors.
L-ispettur Chris Pullicino qal li baqa’ seba’ xhur oħra fejn il-Qorti trid tgħaddi għall-ħelsien mandatorju bil-fors. Qal li sa issa l-Prosekuzzjoni fl-ebda stadju ma kaxkret saqajha biex jinstemgħu l-provi.
Kompla li għalhekk il-ħelsien mill-arrest għandha tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-Qorti, u li din għandha tagħti l-ħelsien mill-arrest jekk tkun sodisfatta.
Qal li Jason Galea qed jiġi mixli b’omiċidju, u l-katavru instab meta kienet qed issir tfittxija għal żewġ katavri oħra. Allura hemm biża’ li dawn jikkommettu reat ieħor. Rigward Urry, l-Ispettur Pullicino qal li dan mhuwiex affidabbli għax biex ġie arrestat kellha tintuża l-forza.
Jason Galea, ta’ 39 sena minn Birżebbuġa, u Ronald Urry, ta’ 49 min Raħal Ġdid, huma mixlijin bil-qtil ta’ Zahra, ta’ 27 sena mill-Belt Valletta. L-Avukati Franco Debono u Mario Camilleri qegħdin jidhru għal Ronald Urry filwaqt li l-Avukat Joseph Giglio qed jidher għal Jason Galea.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Chris Pullicino, Michael Mallia, Louise Calleja u Fabian Fleri.. Zahra kien rappurtat nieqes fil-15 ta’ Awwissu 2012. Il-każ se jkompli fil-21 ta’ Lulju.
//= $special ?>
