Żagħżugħ Spanjol mar 12-il xahar ħabs, li iżda kienu sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li kkaġuna ferita gravi fuq raġel ieħor u li hedded żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt ġlieda f’Paceville.
Joseph Boatimah ta’ 23 sena, ammetta li kkaġuna ferita gravi fuq ċertu Daniel Anthony Lyth u li hedded lill-Pulizija, nhar it-Tnejn, 30 ta’ Ġunju li għadda.
Mill-provi rriżulta li Boatimah ried jidħol fin-Native Bar f’Paceville. Il-bouncers talbuh l-identifikazzjoni iżda huwa ma kellux. Huwa ried jidħol xorta u beda jargumenta magħhom. Wara waslu l-pulizija u bdiet ġlieda.
L-Avukat Patrick Valentino qal li Boatimah ikkopera mal-Pulizija u sar qbil bejn id-difiża u l-Prosekuzzjoni li kellha tkun imposta sentenza sospiża, anke minħabba l-gravita’ tal-każ. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana.
//= $special ?>

