Żagħżugħ Spanjol ingħata sentenza ta’ 12-il xahar priġunerija sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li kkaġuna ferita gravi fuq raġel ieħor u li hedded żewġ Uffiċjali tal-Pulizija waqt ġlieda f’Paceville. Joseph Boatimah, ta’ 23 sena, ammetta li t-Tnejn li għadda kkaġuna ferita gravi fuq Daniel Anthony Lyth u li hedded lill-Pulizija.
Mill-provi rriżulta li Boatimah ried jidħol fl-istabbiliment Native Bar f’Paceville. Il-bouncers talbuh l-identifikazzjoni, iżda hu ma kellux. Ried jidħol xorta u beda jargumenta magħhom, iżda sakemm waslu l-Pulizija laħqet bdiet il-ġlieda.
L-Avukat Patrick Valentino qal li Boatimah ikkopera mal-Pulizija u sar qbil bejn id-Difiża u l-Prosekuzzjoni li kellha tkun imposta sentenza sospiża, anke minħabba l-gravità tal-każ. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana.
//= $special ?>

