Kultura Lokali

Aktar attrrazzjonijiet pirotekniċi fil-festi Maltin

‘Il barra mir-raħal ta’ Ħal Luqa, numru ta’ dilettanti tal-logħob tan-nar għaddejjin bl-aħħar tħejjijiet biex nhar is-Sibt li ġej fid-9.15 ta’ filgħaxija itellgħu t-tieni edizzjoni tax-show piroteniku ‘PyrosStars – The Pyromusical Show’. Spettaklu tan-nar li se jittella’ fi Triq il-Gudja, quddiem iċ-Ċimiterju ta’ Ħal Luqa.

Għad-dilettanti tal-logħob tan-nar, din l-attivita’ għandha tkun oħra oħra fil-kullana ta’ attrazzjonijiet ġodda li qed jinħolqu fil-festi Maltin.

Flimkien mal-attrazzjonijiet tal-armar fil-festi, marci mill-aqwa, brijju, każini mżejna u vari artisttiċi issa beda dieħel element ġdid fil-festi Maltin,dawn l-ispettakli pirotekniċi. Għad-dilettanti tan-nar tal-banda Sant’Andrija, nhar is-Sibt filgħaxija hu l-qofol ta’ ġimgħat ta’ ħidma.

Dawn l-elementi ġodda qed joħolqu elementi ġodda fil-festi Maltin. Sa ftit snin ilu kienu biss ftit l-għaqdiet li jorganizzaw dawn it-tip ta’ festivals iżda issa jista’ jingħad li dawn qed isiru parti integrali mill-festi Maltin.

Il-‘Pyrostars – The Pyromusical Show’ se jkun siegħa u nofs ta’ esebizzjoni ta’ logħob tan-nar sinkronizzat mal-muzika li għandu jkompli jgħolli l-livell tal-festi Maltin u jagħtihom dejjem iktar bixra partikolari.