L-ex Kummissarju Ewwropew John Dalli u d-Direttur Ġenerali tal-OLAF Giovanni Kessler attakkaw lil xulxin f’numru ta’ dikjarazzjonijiet dwar avvenimenti marbuta mal-investigazzjonijiet ta’ Olaf dwar il-każ tad-direttiva dwar it-tabakk.
Wara dikjarazzjoni ta’ John Dalli, l-OLAF ċaħad allegazzjonijiet t li fihom inqtal li d-Direttur Ġenerali ta’ OLAF Giovanni Kessler kellu laqgħt mal-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi. L-OLAF ċaħad ukoll allegazzjonijiet oħra li għamel John Dalli dwar irrekordjar ta’ diversi laqgħat.
Kessler sostna li hu qatt ma ltaqa’ ma’ Lawrence Gonzi u li qatt ma ddiskuta miegħu dan il-każ. Kessler sostna li li hu ma jafx bl-allegati recordings u konversazzjonijiet li semma John Dalli u li hu qatt ma semma dawn ma’ xi ġurnalist.
Din id-dikjarazzjoni ta’ Kessler saret b’riferenza għal stqarrija ta’ John Dalli li fiha u qal li meta kien fi Brussell fid-19 ta’ Ġunuju hu kellu laqgħat ma’ avukati u ġurnalisti. Hu qal li wieħed’ mill-ġurnalisti reġa’ ltaqa’ miegħu u qallu li kien itlaqa’ ma’ Kessler li qallu li bilfors li huma kellhom it-tapes tal-intervisti ma’ Gayle Kimberly u l-konversazzjonijeti tiegħu mal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien.’
Fi stqarrija bi tweġia għal dik tal-Uffiċċju Stampa tal-OLAF, John Dalli wieġeb li l-informazzjoni li hu żvela din l-informazzjoni ġiet mill-istess sors li kessler kkwota bħala skuża biex hu ma jiġix Malta.
Filwaqt li reġa’ rrepeta l-informazzjoni li kien żvela qabel dwar Keessler, John Dalli kompla li li s-sors qallu li f’dak il-ħin li kessler għamel dik id-dikjarzzjoni l-sitess Kessler kien qed iħossu improtanti għaliex kien qed jitkellem ma’ Prim Ministru.
John Dalli fakkar fl-emails li kien hemm bejn OLAF u AFCOS, dwa ril-laqgħ ali saret f’Malta bejn Barroso u Lawrence Gonzi fil-5 ta’ ottubru 2012 u dwar it-talba mill-Kummisjsoni lill-OLAF biex tingħata data għall-għeluq tal-investigazzjoni fil-5 ta’ Ottubru 2012. John Dalli fkakar ukoll li fil-15 ta’ Ottubru 2012, sagħtejn qabel ir-rpaport kien mgħoddi minn kessler lil Barroso, hu kien informat li kien hemm chat virtwali bejn persuna fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Kessler. L-istess persuni, skont John Dalli, ikkorrispondew bejniethom b’email bit-Taljan fit-22 ta’ Ottubru 2012 biex jffissaw appuntament.
Fi stqarrija oħra John Dalli sostna li fil-Parlament il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li l-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit kiser il-liġi Ewropea għax ma kkollaborax mal-OLAF u kompla li hu ma jaf xejn dwar dan waqt li staqsa lil Simon Busuttil jekk għandux xi informazzjoni minn ġewwa, mill-OLAF jew mill-Kummissjoni dwar it-talba li għamlet l-OLAF lill-pulizija lokali.
John Dalli qal li dan ġara wkoll f’Lulju tal-2012 meta Giovanni Kessler ivvinta suspett li seta’ kien hemm frodi ta’ flus Ewropej minn pizzerija lokali biex ikollu skuża jiġi Malta u jinterroga ċittadin Malti li fil-fatt ma kellu ebda dritt jagħmel. Biex jagħmel dan, kompla John Dalli, Kessler ta, bħala Direttur Generali tal-OLAF, permess lilu nnifsu, bħala l-investigatur ewlieni fil-każ, biex jibdel l-iskop tal-investigazjoni darbtejn fi żmien ħamest ijiem.
Dalli sostna li dan wara li b’tant għaġġla fetaħ l-investigazzjoni wara biss ftit sigħat minn meta, skond hu, rċieva l-allegazzjoni ta’ Swedish Match mingħand il-Kummissjoni. Is-Supervisoy Committee, li kien imwaqqaf mill-Parlament Ewropew biex jissorvelja l-operat tal-OLAF, ikkritikat bl-aħrax lil OLAF għal dawn l-abbużi, qal John Dalli.
L-ex Kummissarju Ewropew staqsa lil Simon Busuttil x’għamel meta bdew joħorġu dawn il-fatti u jekk oġġezzjonax għal dawn l-abbużi tal-OLAF. Dak iż-żmien ukoll id-Direttur tal-AFCOS f’Malta, li għandha wkoll l-awtorita’ u d-dmir li tipprotegi liċ-ċittadin Malti minn abbużi ta’ istituzzjonijiet Ewropej, ma vverifikatx il-bażi legali tal-investigazjoni li ried jagħmel Kessler f’Malta, qal John Dalli, li kompla li Simon Busuttil għandu jipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini Maltin mhux l-abbużi ta’nies bħal Kessler.
//= $special ?>