Lokali Unjoni Ewropea

Filmat: David Casa elett Kordinatur tal-PPE fil-Kumitat dwar ix-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewopew David Casa kien elett Kordinatur tal-Partit Popolari Ewopew (PPE) fil-Kumitat dwar ix-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. L-elezzjonijiet għal dawn il-karigi saru fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu u jinkludu t-tmexxija ta’ grupp ta’ konsulenti b’responasbbiltà li jorganizzaw ix-xogħol tal-PPE f’dan il-Kumitat.

David Casa se jkun qed jopera bħala Kap Negozjatur għall-PPE dwar ix-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali u għandu d-diskrezzjoni assoluta fl-għażla ta’ Membri Parlamentari Ewropej bħala Rapporteurs u Shadow-Rapporteurs. Casa rebaħ l-elezzjoni bi 19-il vot kontra 8. Fl-ewwel kummenti tiegħu ma’ MaltaRightNow.com, David Casa qal li meta jkun ikkunsidrat il-qgħad li qed ikompli jaffettwa lill-Ewropa u l-konsegwenzi soċjali li dan iġib miegħu, dan il-Kumitat għandu ħidma urġentti li trid titwettaq.

Din il-ħatra tal-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew issegwi dik ta’ Roberta Metsola, li tħabbret fis-sigħat li għaddew.