Għandna nkunu aktar selettivi fil-pajjiżi li nagħżlu biex nidħlu fi sħubija strateġika magħhom u dan xi jfisser għal Malta. Din kienet ir-reazzjoni tad-Deputata tal-Gvern Marlene Farrugia għal dak li ħabbar il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar Memorandum of Understanding ieħor li l-Gvern Malti mistenni jiffirma mal-Gvern Ċiniż.
B’referenza diretta għal dan il-ftehim imħabbar mill-Prim Ministru maċ-Ċina, qalet li bl-aktar mod konvenjenti dan se jiġi ffirmat fl-eqqel tal-Finali tat-Tazza tad-Dinja meta kulħadd moħħu f’affarijiet oħrajn. Il-poplu Malti jistħoqqlu spjegazzjoni dwar ma’ xhiex verament se jorbtu l-Gvern li suppost jirrappreżentah.
Hi temmet il-post tagħha fuq Facebook bil-frażi: “The Devil is in the Deatil”.
//= $special ?>