Statistika dwar it-turiżmu turi xejiret pożittivi f’dan is-ettur iżda fis-setturi ewlenin it-tkabbir li rriżula bejn Mejju 2013 u Mejju 2014 mhux daqs dak li kien hemm bejn Mejju 2012 u Mejju 2103.
Jirriżulta li n-numru ta’ vjaġġi tat-turisti li waslu Malta f’Mejju 2014 ammonta għal 168,674, żieda ta’ 8.3 fil-mija meta paragunata mal-istess xahar tal-2013.
Stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika titkkonferma li 140,383 turist ġew Malta għal btala waqt li 13,883 turist ġew għal skopijiet ta’ kummerċ. Il-maġġoranza tat-turisti ġew minn pajjiżi tal-UE iżda kien hemm ukoll żieda ta’ 14.3 ffil-mija fit-turisti li ġewminn pjajiżi minn barra l-UE. In-numru ta’ iljieli li t-turisti għaddew fg’Malta żdied bi 2.6 fil-mija meta komparat ma’ Mejju 2013 u qabeż il-1.1 miljun lejl. L-infieq tat-turisti ammonta għal €138.2 miljun, żieda ta’ 3.4 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet. Minn Jannar sa Mejju in-numru ta’ turisti ammontaw għal 551,328, żeida ta’ 8.7 fil-mija fuq l-istess perjodu tal-2013. Tul l-istess perjodu l-infiq tat-turisti kien stmat fl-ammont ta’ €429.6 miljun waqt li dak għal kull persuna kien fil-livell ta’ €785, li hu tnaqqis amġlrinali fuq in-sena ta’ qabel.
Mill-istatistika jirriżulta li filwaqt li bejn Mejju tal-2012 u Mejju tal-2013 it-turisti żdiedu b’21,718, bejn Mejju 2013 u Mejju 20144 dawn żdiedu bi 11,131. Fis-settur tat-turisti li ġew għla btala jirriżulta li bejn Mejju 2012 u Mejju 2012 dawn żdiedu bi 17,896 waqt li bejn Mejju 2013 u Mejju 2014 dawn żdiedu b’7,313. L-istess seħħ fit-turisti li żaru Malta għal iktar minn darba. F’mejju 2012 dan l-ammont kien ta’ 38,844 li tela għal 46,615 f’Mejju 2013, għal żieda ta’ 6771. In-numru ta’ turisti li reġgħu żaru Malta f’Mejju 2014 ammonta għal 49,781, żieda ta’ 4166.
//= $special ?>