Internazzjonali

Madwar 500 immigrant irregolari tilfu ħajjithom bejn l-Afrika u l-Italja

Ikomplu jaslu aktar immigranti irregolari fl-Italja, hekk kif matul il-jum tal-Ħamis ġew salvati 834 immigrant irregolari mill-qawwa navali Taljana vicin Sqallija.

Sadanittant, il-prosekutur ta’ Catania, Giovanni Salvi, fetaħ inkjesta magisterjali dwar l-aħħar każi ta’ mwiet hekk kif telgħu għal madwar tmenin l-immigranti rregolari li fl-aħħar sigħat tħabbar li għerqu ftit ‘il barra mill-kosta tal-Italja meta kienu fuq dinghy ffullat, ftit jiem biss wara li 45 immigrant ieħor mietu fgati fuq lanca tas-sajd.

Il-UNHCR tikkalkula li madwar 500 immigrant irregolari tilfu ħajjithom waqt vjaġġi biex jaqsmu mill-Afrika ta’ Fuq għall-Italja fl-aħħar jiem.