Madwar 75 immigrant jinsabu mitlufa fil-baħar Mediterran, eżattament ftit ‘il barra mill-kosta ta’ Sqallija. Dawn l-immigranti kienu abbord dinghy flimkien ma’ immigranti oħra li ġew salvati t-Tlieta mill-qawwa tal-baħar Taljana. Skont dak li qed isostnu l-immigranti li salvaw, id-dinghy li kienu fuqu kien fi stat ħażin ħafna u abbord kien hemm wisq nies.
L-Aġenzija Frontex sostniet li l-baħar kalm kif kien fl-aħħar jiem se jwassal għal aktar vjaġġi bħal dawn. Din l-aħbar issegwi dik dwar is-sejba tal-kadavri ta’ għexieren ta’ immigranti oħra fuq lanċa tas-sajd li fuqha kien hemm mas-sitt mitt immigrant u li żbarkat f’Pozzallo fl-aħħar jiem. Bin-numru tal-mejta f’din it-traġedja jiżdied minn 30 għal 45.
//= $special ?>

