Maria Micallef inħatret bħala ċ-Chairperson il-ġdida tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta.
Maria Micallef għandha ‘l fuq minn 15-il sena esperjenza f’diversi pożizjonijiet għolja fi ħdan l-Organizzazzjoni Mizzi. Hi kienet ukoll Direttriċi Ġenerali ta’ General Soft Drinks Co Ltd u l-ewwel mara maħtura bħala membru fil-Kunsill Tekniku Ewropew tal-Coca Cola.
Maria Micallef għandha MBA minn Maastricht School of Management u ilha sservi bħala direttur f’diversi bordijiet, inkluż dak tal-Air Malta.
Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis fi stqarrija laqa’ l-ħatra ta’ Maria Micallef u qal li għandha l-kwalitajiet essenzali l-aktar biex tipprovdi direzzjoni stratiġika għall-kumpanija li hija parti integrali mis-settur turistiku. Zammit Lewis għaraf il-kontribuzzjoni siewja li ta Raymond Fenech waqt kemm dam chairman u rringrazzjah għax-xogħol siewi tiegħu.
Micallef se tkun l-ewwel mara appuntata bħala Chairperson tal-Air Malta fl-istorja tal-linja nazzjonali tal-ajru.
//= $special ?>