Pulizija mir-Rapid Intervention Unit (RIU) sofra feriti ħfief wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-12.45pm f’San Ġiljan. Minn li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li l-Pulizija, li għandu 48 sena u hu miż-Żurrieq, kien qed isuq il-vettura tar-RIU fi Triq Sant’Andrija meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ tiela’ fuq central strip.
Ma jidhirx li kien hemm xi impatt ma’ xi vettura oħra. Jirriżulta li kif ħareġ mill-vettura, il-Pulizija ntilef minn sensieh. Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn kollegi fis-Sezzjoni tat-Traffiku sakemm tim mediku mill-Isptar Mater Dei wasslu l-Isptar għal aktar kura.
Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti ħfief.
//= $special ?>