Lokali

Attivitajiet fl-Okkażjoni tal-Mitejn Sena Anniversarju mit-Twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Għada, 5 ta’ Lulju, 2014, bejn l-16:00 u l-22:00 p.m. il-Garage u l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ser jiftħu l-biebien tagħhom għall-pubbliku bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Mitejn Sena Anniversarju mit-Twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

L-attivitajiet se tinkludu esibizzjoni ta’ vetturi użati mill-Korp tal-Pulizija, kif ukoll wirja ta’ pets u tberik tal-annimali fil-Garage tal-Pulizija fil-Foss ta’ Notre Dame, Floriana. Hemmhekk, ser jiġi provdut ukoll traspot għal Sa Maison, fejn il-membri tal-pubbliku jistgħu jirkbu fuq id-dgħajjes tal-Administrative Law Enforcement Unit.

Sadanittant, il-Mużewijiet tal-Pulizija u tal-Kriminalità u x-Xelter taż-Żmien it-Tieni Gwerra Dinija se jinfetħu wkoll għall-pubbliku fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fi Pjazza San Kalċedonju, Floriana.