Għalliema Franċiża ta’ 34 sena nqatlet b’daqqiet ta’ sikkina fi klassi ta’ skola primarja fl-inħawi ta’ Albi, fejn spiċċat aggredita mill-omm ta’ wieħed mill-istudenti tagħha.
L-inċident seħħ quddiem grupp ta’ tfal li jattendu l-kumpless ta’ Edouard Herriot, u l-mara suspettata spiċċat arrestata mill-pulizija mingħajr telf ta’ żmien.
Il-qtil kiesaħ u biered qed iżid it-tħassib fi Franza, fejn saru komuni l-attakki tal-ġenituri fuq l-għalliema. Intant, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħa l-miżuri f’waqthom għal wara din it-traġedja u t-tfal tal-iskola (li għandhom bejn ħames snin u sitta) li raw l-omiċidju jseħħ quddiem għajnejhom qegħdin jingħataw servizzi ta’ counselling.
L-għalliema mietet ftit wara li spiċċat aggredita hekk kif spiċċat issofri attakk tal-qalb fatali. Ir-rapporti qalu li kien allegat li l-mara suspettata bil-qtil għajtet li hi mhix ħalliela, ftit sekondi qabel wettqet id-delitt. Hu mifhum ukoll li l-mara kienet diġà magħrufa mal-pulizija minħabba l-allegazzjonijiet li hi kienet tittraskura lil uliedha.
//= $special ?>

