Lokali

Il-Ġermanja fis-Semi Finali għat-13-il darba

FRANZA…………………..0

ĠERMANJA……………..1

Franza> Lloris, Debuchy, Evra, Varane, Sakho (Koscielny 72′), Cabaye (Remy 73′), Valbuena (Giroud 85′), Benzema, Griezmann, Matuidi, Pogba
Ġermanja> Neuer, Howedes, Hummels, Khedira, Schweinsteiger, Ozil (Goetze 83′), Klose (Schurrle 69′), Muller, Lahm, Kroos (Kramer 90′), Boateng

Imwissija> Khedira, Schweinsteiger (Ġ)
Skurjaw> Hummels 13′ (Ġ)
Referee> Nestor Pitana (ARĠ)

Bl-inqas sforz possibli, il-Ġermanja sar l-ewwel tim fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil meta għeleb lil Franza 1-0. Din hi l-10 semifinali għall-Ġermanja fi 13-il turnament sa mill-1966 u t-13-il waħda. F’sitta minnhom għaddew għall-finali.

It-tim ta’ Low ikkontrolla l-vantaġġ bikri sal-aħħar u minkejja l-isforzi l-Franċiżi qattt ma kienu ta’ periklu kbir u meta għamku dan sabu lil Neuer pilastru. Din kienet is-26 darba ż-żewġ timijiet iltaqgħu u kienet id-disa’ rebħa li kisbu l-Ġermaniżi kopntra l-11 ta’ Franza.
Din hi wkoll ir-raba’ darba konsekuttiva li l-Ġermanja se jkunu mal-aħħar erbgħa, rekord assolut u għall-kowċ Joachim Low se tkun it-tielet darba li se jkun qed imexxi lit-tim fis-semifinali.

Loew għamel diversi tibil mill-aħħar logħba kontra l-Alġerija. Fuq quddiem beda l-attakkant veteran Klose filwaqt li Lahm beda fid-difiża u aktar tard bidel ma’ Schweinsteiger.

Minn freekick ta’ Kroos u d-difensur HUMMELS għola tajjeb fuq Matuidi u bir-ras fetaħ l-iskor. Kien it-tielet gowl li ġarrbu Franza f’dan it-turnament wara t-tnejn kontra l-Iżvizzera u mill-aħħar disa’ gowls li qalgħu sitta minnhom waslu minn corner jew free kick.
Minuti wara l-Ġermaniżi ipprotestaw għal penalty wara kuntatt bejn Debuchy u Klose imma r-referee Arġentin Pitana ħalla l-logħbo għaddej. Fl-34 minuta Franza kellhom ċans kbir meta Griezmann qassam lejn Valbuena li kellu xutt salvat tajjeb minn Neuer imma Benzema mir-rebound ra x-xutt imblukkat f’corner minn Hummels.

Fit-tieni taqsima Franza kellhom aktar ħin bil-ballun imma qatt ma impenjaw serjament lil Neuer. Id-difensur Franċiż Evra kellu daqqa ta’ ras dgħajfa filwaqt li fuq in-naħa l-oħra Muller kellu ċans meta approfitta minn indeċiżjoni ta’ Sakho imma x-xutt angulat tiegħu kien devjat.

Fl-aħħar kwarta waslu l-aħħar sforzi tat-tim ta’ Deschamps fejn Benzema kellu xutt imblukkat u Neuer salva fuq Matuidi. Fuq in-naħa l-oħra Lloris ċaħħad lil Schuerrle. L-aħħar ċans ta’ Franza wasal għand Benzema li ra lil Neuer jimblokka b’id waħda u l-attakkant ta’ Real Madrid deher rassenjat għall-eliminazzjoni.