Madwar 120 ribelli Libjani qabdu ajruplan chartered biex jivvjaġġaw lejn Sarajevo, il-belt kapitali ta’ Bosnia-Herzegovina, bl-iskop li jaraw il-premiere ta’ film-dokumentarju dwar ir-rivoluzzjoni tagħhom fil-Libja.
Id-direttur Franċiż, Florent Marcie, kien dam jiġbed il-filmati tar-ribelli, li ġejjin mill-belt ta’ Zintan, sa mill-bidu tar-rewwixta kontra l-eks-dittatur Libjan, Muammar Gaddafi, u sakemm kien ikkrolla r-reġim tiegħu. Dan waqt li Marcie dam talanqas tmien xhur jgħix l-istess ħajja ta’ dawn ir-ribelli waqt il-perijodu storiku.
Intant, id-dokumentarju, bl-isem Tomorrow Tripoli, qed jintwera għall-ewwel darba fil-Warm festival ta’ Sarajevo, bir-rapporti jgħidu li meta Marcie kien informa lir-ribelli inkwistjoni dwar il-film, huma mal-ewwel applikaw għall-visas Bosnijaċi u krew ajruplan biex iwassalhom hemm. L-isem Tomorrow Tripoli jibbaża fuq il-frażi li użaw ir-ribelli biex jistimolaw il-moral għall-ġlieda deċiżiva kontra l-qawwiet ta’ Gaddafi.
//= $special ?>
