Internazzjonali

Jiġġarraf ‘flyover’ f’belt Brażiljana li qed tospita t-Tazza tad-Dinja

Mill-anqas żewġ persuni mietu wara li flyover fil-Brażil iġġarraf għal fuq il-karozzi fil-belt ta’ Belo Horizonte. Din hi waħda mill-bliet Brażiljani li bħalissa qed jospitaw it-Tazza tad-Dinja.

Il-flyover, li hu magħmul mill-konkrit u l-ħadid u li kien għadu qed jinbena, waqa’ fuq il-vetturi li kienu għaddejjin f’highway miżgħuda bin-nies.

F’din il-belt mistennija ssir waħda mis-Semi Finali. Minbarra l-persuni li mietu, kien hemm madwar 22 persuna oħra li ndarbu.