Bħalissa, hawn f’Malta delegazzjoni Libjana magħmula minn diversi Kapijiet ta’ Dipartimenti. Fost dawn, hawn f’pajjiżna l-Ministru għall-Intern Libjan Saaleh Abdurraheem Maaziq, li kellu laqgħa mal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia.
Waqt din il-laqgħa ġew diskussi metodi kif jista’ jiġi evitat kuntrabandu ta’ diversi oġġetti, koperazzjoni fuq taħriġ għall-membri tal-Korpi Dixxiplinati, l-immigrazzjoni, kif ukoll kwistjonijiet ta’ Passaporti u Visas u s-sigurtà bejn iż-żewġ pajjiżi.
Stqarrija tal-Gvern qalet li fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jiġu organizzati diversi laqgħat bilaterali oħrajn bejn Uffiċjali tal-Gvern Malti u dawk tal-Gvern Libjan li jinsabu f’pajjiżna bħala parti minn din id-delegazzjoni.
//= $special ?>