Internazzjonali

Miet l-attur u kittieb Giorgio Faletti

Tħabbret il-mewt ta’ Giorgio Faletti li kien beda l-karriera bħala komiku biex imbagħad fl-aħħar snin ta’ ħajtu sar wieħed mill-awturi moderni Taljani l-aktar appreżati.

Hu kien ilu żmien marid serjament u miet f’eta ta’ 63 sena fi sptar f’Torino.

Hu kien sar popolari mat-Taljani permezz tal-karattru li kien jinterpreta fis-serje tas-snin Tmenin, ‘Drive In’ u imbagħad kien għamel suċċess fil-festival ta’ San Remo bil-kanzunetta “Signor Tenente”.

Fl-2002 hu sploda bħala awtur ta’ diversi kotba li maż-żmien saru best sellers. Bil-ktieb “Io uccido” kien kiseb ukoll suċċess internazzzjonali.Tul dawn l-aħħar snin hu tbiegħed mill-ħajja pubblika minħabba l-problemi b’saħtu. Il-funeral se jsir t-Tlieta f’Asti.