Il-kantant u personalità tat-televiżjoni, Rolf Harris, intbagħat il-ħabs għal ħames snin u disa’ xhur wara li hu nstab ħati dwar tnax-il każ ta’ abbuż indiċenti fuq erbat ibniet, li seħħew bejn l-1968 u l-1986.
Waħda mill-vittmi tal-kantant Awstraljan kellha biss bejn seba’ snin u tmienja meta hi spiċċat aggredita u l-Imħallef li għadda l-verdett, f’Londra, sostna li l-personalità veteran ma seta’ jwaħħal f’ħadd ħlief fih innifsu għall-piena li ġarrab. L-Imħallef kompla li r-reputazzjoni ta’ Harris, li għandu 84 sena, spiċċat trietaq u l-kantant jista’ wkoll ikollu jħallas l-ispejjeż tal-prosekuzzjoni – għalkemm mhux se jkollu jħallas il-kumpens lill-vittmi.
L-imħallef ikkundanna wkoll lil Rolf Harris talli hu ma wera l-ebda niket għall-isfruttament tat-tfal minorenni.
//= $special ?>

