Mario Farrugia ta’ 49 sena, residenti fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin ġie kkundannat sitt xhur u nofs ħabs mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras wara li nstab ħati li kelklu fil-pusses tiegħu d-droga eroina fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Farrugia kien ċaħad li kien hu li rema pakkett qiesu ballun li kien fih il-qratas tal-eroina minkejja li kienu lemħuh jagħmeld an tliet gwardjani. Il-każ kien seħħ fit-12 ta’ Mejju tal-2005 għall-ħabta tas-2.30 p.m.
L-Ispettur Jesmond Borg, dak iż-żmien stazzjonat l-Għassa ta’ Raħal Ġdid qal fil-Qorti li kienet daħlitlu nformazzjoni mingħand l-Ispettur Abraham Zammit, dak iż-żmien assistent Direttur tal-ħabs fejn ingħad li kien ġie osservat li Farrugia, residenti l-ħabs kien ġie osservat jarmi oġġett fl-art wara l-kanċell tad-diviżjoni numru tlieta. L-oġġetti mormi kien “foil” li kien fih tliet qratas bl-eroina. Kienu tliet gwardjani li raw lil Farrugia iġib ruħu b’mod suspettuż waqt li kien qed jaqsam minn diviżjoni erba’ għall-bitħa tal-knisja.
Huwa kien qed jaqsam biex imur l-iskola. Wara li ġie mgħajjat mill-gwardjani, saret tfittxija intensiva fuqu fejn ġie mneżża kompletament, u l iżda liema tfittxija rriżultat fin-negattiv. L-oġġetti kienu nstabu mal-art u ġew mormiha minn Mario Farrugia. Li ġara kien li meta Farrugia kien għaddej mis-Central Hall ġewwa Divizjoni 4 u ġie osservat jgħaddi xi ħaġa bejn il-ħadid tal-grada li taqsam Divizjoni 4 u Divizjoni Huwa ġie nnutat jagħmel mossa.
L-oġġett mormi kien jikkonsisti f’ħames pakketti bit-trab. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li kienu tliet gwardjani li raw lil Mario Farrugia jarmi dik li kienet droga, u għalhekk ma hemmx dubju li kien hu li wettaq ir-reat. Il-Qorti qalet ukoll li madankollu l-priġunier ma jistax jinstab ħati li kien hu li daħħal id-droga fil-ħabs għax ma hemm l-ebda prova dwar dan.
Meta qieset kollox il-Maġistrat Galea Sciberras qalet li ma tistax tinjora l-fatt li Farrugia għandu kondotta kulurita’ ta’ 38 faċċata u din fuq att ta’ reati li jikkonsistu f’serq, pusses ta’ eroina u kannabis u reati oħra li seħħew fl-1987, 1989, 1997, 1998 u fl-2002. Kien ikkonstatat li bħala ammont ta’ droga il-pakkett moermi kien fih 0.165 gramma ta’ eroina, b’purita’ ta’ 31 fil-mija. Il-Qorti kkunsidrat ukoll il-fatt li r-reat sar fil-ħabs stess. Kienet ordnata wkoll id-distruzzjoni tad-droga fi żmien 15-il ġurnata.
//= $special ?>
