Qorti

Tliet xhur ħabs sospiżi għal żewġ għalliema Ċiniżi

Żewġ għalliema Ċiniżi kienu kkundannati tliet xhur ħabs sospiżi għal sitt xhur wara li ammettew quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona li kmieni l-Ħamis filgħodu attakkaw diversi membri tal-Korp tal-Pulizija.

Huma ammettew li volontarjament qattgħu l-uniformi ta’ Surġent, serqu parti mill-uniformi tal-Pulizija ta’ Malta, m’ obdewx l-ordnijiet leġittimi tal-awtorità u li volontarjament kisru l-ordni u l-paċi pubblika b’għajjat u ġlied. Iċ-Ċiniżi nvoluti kienu Suyun Xiao, ta’ 31 sena, u Xio Wang, ta’ 24 sena.