Id-DJ ta’ fama internazzjonali Afrojack se jkun qed itella’ spettaklu ta’ mużika f’pajjiżna nhar is-Sibt 26 ta’ Lulju fl-MFCC Open Air f’Ta’ Qali.
DJ Afrojack hu magħruf l-aktar għal stil ta’ mużika electronic dance.
Dan id-DJ għad għandu 26 sena u diġa’ ħalla mpatt kbir fl-industrija tal-mużika partikolarment fejn jidħol l-istil EDM jew aħjar Electronic Dance Music. Is-sena l-oħra, fir-rivista Forbes, Afrojack, kien klassifikat fis-7 post fejn tidħol il-kategorija tal-aktar DJs imħallsa fid-dinja.
Minbarra li daqq f’numru ta’ klabbs ta’ fama internazzjonali madwar id-dinja, fosthom Encore Beach Club u XS, Afrojack kkolabora wkoll ma’ DJs oħra ta’ fama, fosthom David Guetta.
Ikkolabora anke ma’ artisti oħra bħal Madonna, Beyonce, Chris Brown u Pitbull fost oħrajn.
Qabel ma jibda jdoqq, se jkun qed jagħmel warm up session DJ Apster.
Il-biljetti għal dan l-ispettaklu ta’ mużika jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku www.ticketonline.com jew għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook fresheventsmalta jew lightsoutmalta.
//= $special ?>