Is-sitwazzjoni diffiċli fil-Palestina kienet is-suġġett ta’ protesta li saret f’Bieb il-belt mill-‘Palestine Solidarity Network – Malta’.
Protesta li saret biex tqanqal kuxjenza dwar id-diffikultajiet li għaddejjin minnhom il-Palestinjani fl-artijiet okkupati minn Iżrael.
Fil-protesta saret ukoll kritika għal pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern Malti li issa qed ikun favur l-applikazzjoni ta’ Iżrael biex ikollu siġġu fil-kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-‘Palestine Solidarity Network – Malta’ sostna li hu allarmanti li l-Gvern Malti qed jibdel il-pożizzjoni ta’ Malta minn waħda li dejjem kienet favur il-kawża Palestinjana għal pożizzjoni favur Iżrael.
Il-Palestinjani miġbura fil-protesta sostnew li l-pożizzjoni tal-gvern Malti qed tilleġittimitizza l-oppressjoni ta’ Iżrael dwar il-Palestinjani u tibgħat messaġġ żbaljat lil stat li ilu ħafna jinjora mingħajr mistħija ir-revuluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti
Dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina, il-‘Palestine Soilidarity Network – Malta’ sostna li fl-aħħar jiem ix-Xatt tal-Punent u Gaza raw wieħed mill-agħar attakki ta’ Iżrael fl-aħħar snin fejn aktar mnn 600 Palestinjan kienu arrestati u qed jinżammu arrestati bla akkużi. Dan filwaqt li sitt Palestinjani qatlu waqt li tifel kien maħtuf u maħruq minn settlers illegali Iżraeljani.
Minbarra dan ħafna rħula Palestinjani, kampjijiet tar-refuġjati, skejjel u universitajiet sfaw vittma ta’ attakki minn suldati Iżraeljani u settlers illegali Iżraeljani. Gaza qed tkun attakkata kontinwament minn Iżrael, b’aktar minn 100 attakk mill-ajru fi ftit jiem. Minn Settembru 2000 sa April 2013 il-forzi Iżraeljani qatlu 1,518-il tifel u tifla Palestinjani.
Il-‘Palestine Solidarity Network Malta’ qed jinsistu li jkun hemm waqfien tal-okkupazzjoni u kolonizzazzjoni ta’ art Palestinjana minn Iżrael, li r-refuġjati Palestinjani jkollhom dritt li jmorru lura f’arthom u f’darhom skont ir-riżoluzzjoni 194 tal-Ġnus Magħquda u li tkun imwaqqfa s-sistema ta’ apartheid li teżisti bħalissa kontra l-Palestinjani. Dan filwaqt li Iżrael jirrispetta l-iigi internazzjonali.
//= $special ?>