Internazzjonali

Iktar tensjoni f’Iżrael waqt il-funeral ta’ żgħażugħ Palestinjan

Tkompli tiżdied it-tensjoni fil-Lvant tal-Iżrael, hekk kif mijiet ta’ Palestinjani fil-belt ta’ Shuafat il-Gimgha hebbew għal forzi tal-Pulizija Israelin waqt il-funeral ta’ żgħażugħ Palestinjan ta’ 16-il sena, Abu Khder, maħsub li nqatel mill-Iżraeljani.

Eluf kienu dawk li attendew għal funeral tiegħu, b’uħud jisparaw armi tan-nar fl-ajru u oħrajn ikantaw li se jpattu għad-demm tal-martri tagħhom.

Il-qtil ta’ Abu Khder huwa maħsub li tqanqal mill-qtil ta’ 3 żgħażagħ Iżraelini fix-xahar li għadda.