Ilbieraħ, għal ħabta tal-erbgħa ta wara nofsinhar, lifeguards tal-Emergency Response Rescue Corps assistew madwar ħamsin għawwiem li sabu ruħhom f’ diffikulta f’ Kemmuna. Peress li din is-sena m’hemmx transport bejn Kemuna u Kemmunett, għawwiema qed jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer billi jimxu fil-baħar fejn jilħqilhom bil-basktijiet miżmuma fuq rashom sabiex ma jxarbuhomx. Madankollu, peress li ħafna drabi ikun hemm kurrenti fil-baħar, l-għawwiema jiġu inbuttati fuq ġenb fejn ma jilħqilhomx u hemmhekk ikollhom bżonn l-għajununa sabiex jinġarru lura fuq il-blat. Ħadd ma ġie meħud l isptar.
Is-servizz tal-lifeguarding fil-Bajja ta’ Bejn il Kmiemen huwa possibbli permezz ta’ appoġġ finanzjarju mill-Awtorità Touriżmu Maltija.
//= $special ?>